Rosette Thake

Rosette Thake ilha attivista mill-jiem tal-iskola sekondarja tagħha fis-snin tmenin. B’background edukattiv fil-komunikazzjoni, soċjoloġija u taħriġ u żvilupp għall-adulti, matul is-snin kienet involuta fil-ġurnaliżmu, fil-produzzjoni tar-radju u tat-televiżjoni, fit-tmexxija tal-proviżjoni ta’ childcare, fit-tmexxija koperattiva u fir-rappreżentanza nazzjonali u internazzjonali tas-settur kooperattiv Malti, fl-amministrazzjoni tal-partiti politiċi kif ukoll fit-taħriġ u l-iżvilupp għall-adulti. Il-passjoni profonda tagħha għall-ġustizzja soċjali u twemmin sod fil-poter tal-edukazzjoni għall-bidla enfasizzaw bosta inizjattivi li involviet ruħha fihom matul is-snin u kmieni fl-2020 ġiet co-opted fil-Kumitat Eżekuttiv ta’ Repubblika.