Renato Camilleri
Viċi President

Renato Camilleri huwa Senior Lecturer fid-Dipartiment tal-Kimika fil-Junior College. Għandu interess kbir fit-tagħlim tal-kimika u fit-tniġġis atmosferiku. Huwa dejjem kien attiv fis-settur tal-volontarjat u jinteressawh b’mod partikolari l-ġustizzja soċjali, l-ambjent, u s-saltna tad-dritt. L-ewwel esperjenza tiegħu ta’ xogħol fil-ġustizzja soċjali kienet fl-Istitut Paolo Freire.
Wara li pparteċipa fil-protesti tal-2019, ingħaqad ma’ Repubblika bħala membru fl-2020 u minn dakinhar ingħaqad mal-kumitat eżekuttiv biex ikompli jaħdem għal drittijiet u demokrazija aħjar f’Malta u li jżomm lill-gvern taħt kontroll.